Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C-391/11)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/53/KE — Artikolu 2(3) — Protezzjoni tal-ambjent — Vetturi li ma għadhomx jintużaw — Kunċett ta’ produttur”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Rikors promotur — Espożizzjoni tal-ilmenti u tal-motivi — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fl-opinjoni motivata iżda mhux fir-rikors — Ammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (ara l-punti 23, 24, 26, 27)
2. Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri —Użu ta’ miżuri li jaqgħu taħt l-awtoritajiet reġjonali jew lokali — Ammissibbiltà — Limiti — Adozzjoni ta’ definizzjoni reġjonali ta’ kunċett imsemmi minn direttiva — Assenza ta’ ostakolu sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-direttiva — Ammissibbiltà (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/53, Artikolu 2(3)) (ara l-punti 31, 32, 34, 41)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (3) u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “vettura” u ta’ “produttur” — Natura gratwita tal-konsenja tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw suġġetta għal kundizzjonijiet mhux stabbiliti mid-direttiva.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy