26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Mainz (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2011 — Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH vs Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM)
(Kawża C-1/11)
2011/C 95/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Mainz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Interseroh Scrap and Metal Trading GmbH
Konvenuta: Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM)
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart [ġarr ta’ skart] (1) japplika wkoll għall-persuni li jipparteċipaw fl-operazzjoni ta’ ġarr?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva: id-dritt Komunitarju primarju jillimita l-portata tal-Artikolu 18(1) tal-imsemmi regolament għall-finijiet tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali?
(3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 18(4) tal-imsemmi regolament jillimita, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, l-obbligu li għandhom taħt l-Artikolu 18(1) persuni li jorganizzaw il-ġarr li jikkomunikaw ukoll lid-destinatarju tal-iskart l-identità tal-produttur jew tal-kollettur tal-iskart permezz tad-dokument inkluż fl-Anness VII?
(4)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda: il-portata tal-limitazzjoni tiddependi fuq l-ibbilanċjar tal-interessi skont il-każ partikolari (l-interessi kummerċjali inkwistjoni, minn naħa, u l-protezzjoni tal-ambjent, min-naħa l-oħra)?
(1) ĠU 2006 L 190, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy