24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/2
Rikors għal awtorizzazzjoni għal eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 — Luigi Maruccio vs Il-Kummisssjoni Ewropea
(Kawża C-1/11 SA)
2012/C 89/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (rappreżentant: Giuseppe Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea.
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tneħħi l-immunità lill-Kummisssjoni Ewropea u tawtorizzah li jeżegwixxi sekwestru, eventwalment anki fil-forma ta’ mandat ta’ sekwestru u fil-limiti tal-liġi, tal-beni neċessarji sabiex ikopri d-dejn li huwa jallega fil-konfront tal-Kummissjoni Ewropea, skont l-ordni għall-ħlas maħruġa mill-Giudice di Pace ta’ Tricase fl-1 ta’ Frar 2010.
—
tawtorizza lir-rikorrent li jinnotifika lill-Kummisssjoni Ewropea kwalunkwe att, u b’mod iktar ġenerali tagħmel dak kollu neċessarju fid-dritt għall-finiijiet tal-eżekuzzjoni tal-ordni għall-ħlas u, b’mod iktar ġenerali, sabiex jitħallas id-dejn inkwistjoni;
—
tikkundanna lill-Kummisssjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent għandu dritt li jitħallas għal dejn mingħand il-Kummissjoni Ewropea li jikkonsisti fi spejjeż. Il-Kummissjoni għadha, sal-lum, ma ħallsitx dan id-dejn.
Full & Egal Universal Law Academy