12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Palermo (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Fabio Caronna
(Kawża C-7/11)
2011/C 80/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Palermo (l-Italja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Fabio Caronna.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1) għandu jiġi interpretat li anki l-ispiżjara għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali bl-ingrossa, jew l-intenzjoni tal-leġiżlatur Komunitarju kienet dik li teżenta lill-ispiżjara milli jitolbu tali awtorizzazzjoni, kif tidher li tagħti x’tifhem is-sitta u tletin premessa ta’ din id-direttiva?
(2)
B’mod iktar ġenerali, kif għandha tiġi interpretata l-leġiżlazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqassim ta’ prodotti mediċinali skont l-Artikoli 76 sa 84 tad-Direttiva 2001/83/KE, b’mod partikolari għar-rekwiżiti meħtieġa sabiex l-ispiżjar (bħala persuna fiżika u mhux kumpannija), ikun jista’ jiddistribwixxi ukoll prodotti mediċinali bl-ingrossa, meta bħala spiżjar, huwa diġà awtorizzat mid-dritt nazzjonali li jbigħhom bl-imnut?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy