16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg fl-10 ta’ Jannar 2011 — WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-10/11)
2011/C 120/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: WEGO Landwirtschaftliche Schlachtstellen GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domanda preliminari
L-uffiċċju doganali prinċipali (il-Hauptzollamt) li huwa responsabbli għall-ħlas tar-restituzzjoni huwa marbut b’rettifika a posteriori, li tkun saret mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni, tal-informazzjoni li tkun ġiet inkluża fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni jew fil-kopja ta’ kontroll T 5?
Full & Egal Universal Law Academy