12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dublin Metropolitan District Court (l-Irlanda) fl-10 ta’ Jannar 2011 — Denise McDonagh vs Ryanair Ltd
(Kawża C-12/11)
2011/C 80/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Dublin Metropolitan District Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Denise McDonagh
Konvenuta: Ryanair Ltd
Domandi preliminari
(1)
Ċirkustanzi bħalma huma l-għeluq tal-ispazju tal-ajru Ewropew minħabba l-eruzzjoni tal-vulkan Eyjafjallajökull fl-Islanda, li kkawża diżordni kbir u pprolongat fit-trasport bl-ajru, imorru lil hinn mill-ambitu taċ-“ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tar-Regolament 261/2004 (1)?
(2)
Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, ir-responsabbiltà marbuta mal-obbligu li jittieħed ħsieb tal-passiġġieri hija eskluża taħt l-Artikoli 5 u 9 f’dawn iċ-ċirkustanzi?
(3)
Jekk għat-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikoli 5 u 9 huma invalidi inkwantu jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità u nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ “bilanċ ekwu tal-interessi” stipulat fil-Konvenzjoni ta’ Montréal, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
(4)
L-obbligu previst fl-Artikoli 5 u 9 għandu jiġi interpretat li jinkludi limitazzjoni impliċita , bħalma huwa limitu temporali u/jew monetarju, meta jittieħed ħsieb tal-passiġġieri f’każijiet fejn il-kanċellazzjoni hija kkawżata minn “ċirkostanzi straordinarji”?
(5)
Jekk għar-raba’ domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikoli 5 u 9 huma invalidi inkwantu jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ “bilanċ ekwu tal-interessi” stipulat fil-Konvenzjoni ta’ Montréal, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
Full & Egal Universal Law Academy