12.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/15
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-24/05: Alliance One International, Inc. (li qabel kienet Standard Commercial Corp.), Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-14/11 P)
2011/C 80/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier, R. Sauer, aġenti)
Appellati: Alliance One International, Inc. (li qabel kienet Standard Commercial Corp.), Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata
—
tiċħad ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali fl-intier tiegħu
—
tikkundanna lil TCLT għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tikkundanna lit-tliet rikorrenti għall-ispejjeż kollha tal-proċedura tal-ewwel istanza
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
(1)
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ trattament ugwali u naqset milli tosserva ġurisprudenza stabbilita sewwa li tipprovdi li r-responsabbiltà ta’ kull kumpannija għandha tiġi evalwata fuq il-merti proprji tagħha.
(2)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat xi kumpanniji parent iddetermina r-regola applikabbli li żżomm kumpanniji parent oħra responsabbli, anki jekk din ir-regola marret lil hinn minn dak meħtieġ mill-ġurisprudenza.
(3)
Meta ċaħħdet lill-Kummissjoni milli tressaq l-argumenti b’risposta għal motivi bbażati fuq id-diskriminazzjoni, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Kummissjoni għal proċedura kontradittorja u interpretat b’mod żbaljat l-obbligu ta’ motivazzjoni.
(4)
Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li Trans-Continental Leaf Tabacco Corp. Ltd. kienet f’sitwazzjoni oġġettivament differenti minn dik ta’ Intabex u ta’ Universal.
Full & Egal Universal Law Academy