9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Jannar 2011 — Leopold Sommer vs Landesgeschäftsstelle des Arbeitsmarktservice Wien
(Kawża C-15/11)
2011/C 113/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Leopold Sommer
Konvenuta: Landesgeschäftsstelle des Arbeitsmarktservice Wien
Domandi preliminari
(1)
Fid-dawl tal-ewwel jew tat-tielet paragrafi tal-punt 14 tal-punt 1 Moviment liberu tal-persuni tal-Anness VI tal-lista prevista fl-Artikolu 20 tal-Protokoll (1): Miżuri tranżitorji — il-Bulgarija, tat-Trattat ta’ adeżjoni tal-Bulgarija, id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE (2), tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju tapplika fl-Awstrija fir-rigward ta’ student Bulgaru?
(2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda; id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/114, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-impjieg ta’ barranin applikabbli fil-kawża prinċipali, tipprevedi fi kwalunkwe każ eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol qabel ma jinħareġ għal persuna li tħaddem permess tax-xogħol ta’ student li jkun ilu iktar minn sena joqgħod fit-territorju federali (Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/114) u li barra minn hekk tissuġġetta l-ħruġ ta’ permess tax-xogħol għal kundizzjonijiet supplimentari fil-każ ta’ eċċess tan-numru massimu stabbilit ta’ barranin impjegati?
(1) Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2005, L 157, p. 104).
(2) ĠU L 153M, p. 330.
Full & Egal Universal Law Academy