26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/24
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-16/11)
2011/C 63/43
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u E. Randvere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja naqset mill-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2007/2/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007 (li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea), billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi d-direttiva jew sabiex tikkomunika l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fil-15 ta’ Mejju 2009.
(1) ĠU L 108, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy