26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Benevento (Italja) fl-14 ta’ Jannar 2011 — Volturno Trasporti Sas di Santoro Nino & c. vs Camera di Commercio di Benevento, Equitalia Polis SpA
(Kawża C-21/11)
2011/C 95/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Benevento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Volturno Trasporti Sas di Santoro Nino & c.
Konvenuta: Camera di Commercio di Benevento, Equitalia Polis SpA
Domanda preliminari
Il-ħlas tas-sħubija fil-Kamra tal-Kummerċ Taljana, b’mod partikolari, l-Artikolu 18(3) tal-Liġi Nru 580, tad-29 ta’ Diċembru 1993, dwar ir-riorganizzazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal-Artiġanat u tal-Agrikoltura, kif emendata u miżjuda, huwa kompatabbli mad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE (1), tas-17 ta’ Lulju 1969, u, b’mod partikolari, mal-Artikoli 10(c) u 12(e) tagħha?
(1) ĠU 1969, L 249, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy