9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Belgische Petroleum Unie VZW et vs Belgische Staat
(Kawża C-26/11)
2011/C 113/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent
:
Belgische Petroleum Unie VZW et
Konvenut
:
Belgische Staat
Partijiet Intervenjenti
:
Belgian Ethanol Association VZW
Belgian Biodiesel Board VZW
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, kif ukoll, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 26(2), 28 u 34 sa 36 TFUE għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva li bis-saħħa tagħha kull kumpannija rreġistrata taż-żejt li tipprovdi prodotti tal-petrol u/jew prodotti tad-diesel għall-konsum tkun obbligata li fl-istess sena kalendarja tipprovdi kwantità ta’ biokarburanti sostenibbili għal konsum, jiġifieri bio-ethanol pur jew fil-forma ta’ bio-ETBE, li jammonta għal mhux inqas għal minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tal-petrol ipprovduti għall-konsum, u FAME li jammonta għal mhux inqas minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tad-diesel ipprovduti għall-konsum?
(2)
Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħatalha risposta negattiva, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti teknici u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, minkejja l-ewwel inċiż tal-Artikolu 10(1) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifkata b’abozz tal-istandard li abbażi tiegħu kull kumpannija rreġistata taż-żejt li tipprovdi prodotti tal-petrol u/jew prodotti tad-diesel għall-konsum hija obbligata li fl-istess sena kalendarja tipprovdi kwantità ta’ biokarburanti sostenibili għal konsum, jiġifieri bio-ethanol pur jew fil-forma ta’ bio-ETBE, li jammonta għal mhux inqas minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tal-petrol ipprovduti għall-konsum, u FAME li jammonta għal mhux inqas minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tad-diesel ipprovduti għall-konsum?
Full & Egal Universal Law Academy