30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2011 — Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-28/11)
2011/C 130/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurogate Distribution GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Domandi preliminari
L-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ merkanzija mhux Komunitarja mqiegħda taħt il-proċedura tal-ħażna doganali u li tkun ngħatat destinazzjoni doganali ġdida fi tmiem din il-proċedura, il-ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-ħruġ tal-merkanzija mill-maħżen tad-dwana fil-programm tal-informatika previst b’mod immedjat mat-tmiem tal-proċedura tal-ħażna doganali — u mhux f’data sostanzjalment iktar tard — inissel dejn doganali għall-merkanzija kkonċernata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
Full & Egal Universal Law Academy