14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija) fil-21 ta’ Jannar 2011 — Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., li daħlet fid-drittijiet u l-obbligi ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft. vs Gazdasági Versenyhivatal
(Kawża C-32/11)
2011/C 145/04
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Legfelsőbb Bírósága
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., li daħlet fid-drittijiet u l-obbligi ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft.
Konvenuta: Gazdasági Versenyhivatal
Domandi preliminari
Ftehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u ċerti kumpanniji li jsewwu l-karozzi jew bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u assoċjazzjoni ta’ kumpanniji li jsewwu l-karozzi, li permezz tagħhom ir-rata għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ tiswija mħallsa lil kumpannija li ssewwi l-karozzi mill-kumpannija tal-assigurazzjoni għat-tiswija ta’ karozzi assigurati minn din tal-aħħar tiddependi, fost fatturi oħra, min-numru u mill-proporzjon tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn din il-kumpannija tal-assigurazzjoni permezz tal-kumpannija li ssewwi l-karozzi, li jaġixxu bħala intermedjarji ta’ assigurazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE billi huma ftehim li għandhom l-għan ta’ prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern?
Full & Egal Universal Law Academy