19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato — Sezione Seconda (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2011 — Pioneer Hi-Bred Italia Srl vs Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali
(Kawża C-36/11)
2011/C 89/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato — Sezione Seconda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred Italia Srl
Konvenuta: Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali
Domanda preliminari
Meta l-Istat Membru jkun ikkunsidra li għandu jissuġġetta l-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-kultivazzjoni ta’ OMĠ, anki jekk dawn ikunu inklużi fil-Katalgu komuni Ewropew, għal miżuri ta’ natura ġenerali li jkunu xierqa biex jiżguraw il-koeżistenza ma’ uċuħ tar-raba’ konvenzjonali jew organiċi, l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2001/18/KE (1), moqri fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni 2003/556/KE (2) u tar-Rakkomandazzjoni sussegwenti 2010/C200/01 (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-perijodu ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżuri ġenerali: a) l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, sa fejn tirrigwarda OMĠ inklużi fil-Katalgu komuni Ewropew; b) jew l-eżami tat-talba għal awtorizzazzjoni għandu jiġi sospiż sakemm jiġu adottati l-miżuri ta’ natura ġenerali; ċ) jew, l-awtorizzazzjoni għanda tingħata, iżda għandha tkun suġġetta għal rekwiżiti xierqa biex jiġi evitat f’każijiet speċifiċi l-kuntatt, anki jekk aċċidentali, tal-uċuħ tar-raba’ modifikati ġenetikament li huma awtorizzati mal-uċuħ tar-raba’ konvenzjonali jew organiċi ta’ madwarhom?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77.
(2) ĠU 2003, L 189, p. 36.
(3) ĠU 2010, C 200, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy