9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-26 ta’ Jannar 2011 — Inter-Environnement Wallonie ASBL, Terre wallonne ASBL vs Région wallonne
(Kawża C-41/11)
2011/C 113/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Inter-Environnement Wallonie ASBL, Terre wallonne ASBL
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
Il-Conseil d’État,
—
li quddiemu jiġi ppreżentat rikors għall-annullament ta’ digriet tal-Gvern ta’ Wallonie tal-15 ta’ Frar 2007, li jemenda l-Ktieb II tal-Kodiċi tal-Ambjent li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Ilma, fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tan-nitroġenu fl-agrikoltura,
—
li jikkonstata li dan id-digriet ġie adottat mingħajr osservanza tal-proċedura pprovduta fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) u li, għal din ir-raġuni, imur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi annullat,
—
iżda li fl-istess waqt jikkonstata li d-digriet ikkontestat jipprovdi implementazzjoni xierqa tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2),
—
jista’ jipposponi fiż-żmien l-effetti tal-annullament ġudizzjarju għall-perijodu qasir li huwa neċessarju għat-tfassil mill-ġdid tal-att annullat sabiex iżomm fid-dritt ambjentali tal-Unjoni ċerta implementazzjoni konkreta mingħajr interruzzjoni tal-kontinwità?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68
Full & Egal Universal Law Academy