9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Assane Samb
(Kawża C-43/11)
2011/C 113/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Parti fil-kawża prinċipali
Assane Samb
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu li ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed fl-Istat Membru illegalment jista’ jiġi ssanzjonat b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ erba’ snin fil-każ fejn ma josservax l-ewwel ordni tal-Questore, u b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ ħames snin għan-nuqqas ta’ osservanza tal-ordnijiet sussegwenti (flimkien mal-obbligu għall-pulizija ġudizzjarja li jarrestaw lill-persuna in flagrante delicto) minħabba s-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tiegħu fil-proċedura tat-tkeċċija u b’mod partikolari minħabba s-sempliċi nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tneħħija tal-awtoritajiet amministrattivi?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy