9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Timișoara (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Frar 2011 — SC Volksbank România SA vs Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor CRPC Arad Timiș
(Kawża C-47/11)
2011/C 113/13
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Timișoara (ir-Rumanija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Volksbank România SA
Konvenuta: Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor CRPC Arad Timiș
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 (1) għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jipprovdu li l-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttiva hija applikabbli wkoll għall-kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi?
(2)
L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi armonizzazzjoni totali fil-qasam tal-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur, liema armonizzazzjoni ma tippermettix lill-Istati Membri:
2.1.
li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fid-Direttiva 2008/48 għal kuntratti espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (bħall-kuntratti ta’ self b’ipoteka) jew
2.2.
li jistabbilixxu obbligi addizzjonali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar it-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn jistgħu jirċievu fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni?
(3)
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija negattiva, il-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru huwa prekluż milli jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżuri li jipprojbixxu fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur l-applikazzjoni ta’ kummissjonijiet bankarji li ma humiex parti mil-lista ta’ kummissjonijiet permessi, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat inkwistjoni?
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
Full & Egal Universal Law Academy