14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fit-3 ta’ Frar 2011 — Content Services Ltd vs Bundesarbeitskammer
(Kawża C-49/11)
2011/C 145/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Content Services Ltd
Konvenut: Bundesarbeitskammer
Domanda preliminari
Huwa biżżejjed, sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-direttiva dwar il-kuntratti li jsiru mill-bogħod (1), li jipprovdi li l-konsumatur għandu jirċievi konferma tal-informazzjoni inkluża f’tali artikolu permezz ta’ medium sostenibbli li huwa disponibbli u aċċessibbli għalih, ħlief jekk din l-informazzjoni tkun diġà ġiet trażmessa lilu, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, permezz ta’ medium sostenibbli li huwa disponibbli u aċċessibbli għalih, fejn tali informazzjoni hija aċċessibbli għall-konsumatur permezz ta’ hyperlink fuq is-sit internet tan-negozjant, li hija inkluża f’test li fir-rigward tiegħu l-konsumatur għandu jindika li jkun qara, sabiex ikun jista’ jidħol f’relazzjoni kuntrattwali?
(1) Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319).
Full & Egal Universal Law Academy