7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Frar 2011 — Vodafone España, S.A.
(Kawża C-55/11)
2011/C 139/22
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodafone España, S.A.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ tariffa għad-drittijiet ta’ installazzjoni ta’ faċilitajiet fis-settur pubbliku muniċipali fuq operaturi li, mingħajr ma huma proprjetarji tan-netwerk, jużaw dan in-netwerk sabiex jipprovdu servizzi ta’ telefonija mobbli?
(2)
Fil-każ fejn jitqies li din l-impożizzjoni ta’ ħlas hija kompatibbli mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE, il-kundizzjonijiet li fihom tiġi imposta din it-tariffa, abbażi tad-digriet lokali kkontestat, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ oġġettività, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni meħtieġa minn din id-dispożizzjoni, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi inkwistjoni?
(3)
Hemm lok li jiġi rikonoxxut effett dirett lill-imsemmi Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/20/KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy