9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Ragusa (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Mohamed Mrad
(Kawża C-60/11)
2011/C 113/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Ragusa
Parti fil-kawża prinċipali
Mohamed Mrad
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 2008/115/KE (1) għandha titqies li hija direttament applikabbli fl-ordinament intern tal-Istat Taljan sa mill-25.12.2010 jew le?
(2)
L-Artikolu 14(5)(c) u (5)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/98 kif suċċessivament emendat huwa inkompatibbli mal-Artikoli 15 u 16 tad-direttiva Komunitarja hawn fuq imsemmija, bil-konsegwenza li l-qorti hija obbligata ma tapplikax il-leġiżlazzjoni interna?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy