9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Trento fl-10 ta’ Frar 2011 — proċeduri kriminali kontra El Dridi Hassen magħruf bħala Karim Soufi
(Kawża C-61/11)
2011/C 113/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Trento
Parti fil-kawża prinċipali
El Dridi Hassen magħruf bħala Karim Soufi
Domandi preliminari
Fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni legali, li l-għan tiegħu huwa li jintlaħqu l-għanijiet tad-direttiva, u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ adegwatezza u ta’ fondatezza tal-piena, l-Artikoli 15 u 16 jipprekludu:
(1)
il-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet kriminali għall-ksur ta’ stadju intermedjarju tal-proċedura amministrattiva tar-ritorn, qabel ma tkun ġiet kompluta tali proċedura, billi jsir rikors għall-iktar miżura restrittiva amministrattiva li tkun għadha possibbli?
(2)
il-possibbiltà li tiġi imposta piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn erba’ snin għas-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-persuna kkonċernata fil-proċedura ta’ tneħħija, u b’mod partikolari, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-ewwel ordni ta’ ripatrijazzjoni maħruġa mill-awtorità amministrattiva?
Full & Egal Universal Law Academy