14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Frar 2011 — Land Hessen, irrappreżentat mir-Regierungspräsidium Gießen vs Florence Feyerbacher
(Kawża C-62/11)
2011/C 145/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hessisches Landessozialgericht, Darmstadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Land Hessen, irrappreżentat mir-Regierungspräsidium Gießen
Konvenuta: Florence Feyerbacher
Domandi preliminari
(1)
Il-ftehim tat-18 ta’ Settembru 1998, konkluż bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar is-sede tal-BĊE (“il-ftehim dwar is-sede”) jagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni li għandu preċedenza fuq id-dritt nazzjonali jew inkella jikkostitwixxi trattat internazzjonali?
(2)
L-Artikolu 15 tal-ftehim dwar is-sede, moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE għandu jiġi interpretat b’mod strett fis-sens li l-applikabbiltà għall-membri tal-persunal tal-BĊE ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt soċjali Ġermaniż li jikkonferixxu l-benefiċċju inkwistjoni hija biss eskluża jekk jingħata servizz soċjali paragunabbli mill-BĊE lill-membri tal-persunal tiegħu skont ir-regolamenti tal-persunal ?
(3)
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tieni domanda:
(a)
Id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tikkonferixxi allowances tal-familja biss abbażi tal-prinċipju territorjali?
(b)
Ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Bosmann (sentenza tal-20 ta’ Mejju 2008, C-352/06, Ġabra p. I-3827, punti 31 sa 33) japplika għad-dispożizzjonijiet iċċitati? L-Artikolu 15 tal-ftehim dwar is-sede, moqri flimkien mal-Artikolu 36 tal-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE, jipprekludi lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-poter tagħha li tagħti allowances tal-familja lill-membri tal-persunal tal-BĊE li jirrisjedu fit-territorju tagħha?
Full & Egal Universal Law Academy