16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rovereto fil-11 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra John Austine
(Kawża C-63/11)
2011/C 120/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Rovereto
Parti fil-kawża prinċipali
John Austine
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u tal-effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru huwa pprojbit milli jipprovdi li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva ta’ ritorn minn ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jirrisjedi fil-pajjiż illegalment, jippermetti li jittieħdu miżuri li jċaħħdu l-libertà personali, li ma humiex miżuri ta’ detenzjoni, skont il-liġi nazzjonali, fin-nuqqas tal-kundizzjonijiet u tal-garanziji msemmija fl-Artikoli 15 u 16 iċċitati iktar ’il fuq, abbażi tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tneħħija maħruġ mill-awtorità amministrattiva kompetenti skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy