30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/11
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2011 minn DTL Corporación, S.L. mis-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-188/10, DTL Corporación, S.L. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) UASI
(Kawża C-67/11 P)
2011/C 130/20
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: DTL Corporación, S.L. (rappreżentant: A. Zuazo Araluze, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, S.L.
Talbiet tal-appellanti
Tannulla b’mod totali s-sentenza mogħtija fil-15 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-188/10
Tilqa’ t-talbiet segwenti li ġew imressqa fl-ewwel istanza:
(1)
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fis-17 ta’ Frar 2010 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Kawża R 767/2009-2;
(2)
tibdilha b’deċiżjoni oħra li tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mill-kumpannija GESTION DE RECURSOS Y SOLUCIONES EMPRESARIALES, S.L., kontra t-trade mark Komunitarja Nru 515 33 25 “SOLARIA” trade mark figurattiva, li tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark Komunitarja għas-servizzi kollha mitluba fil-klassijiet 37 u 42;
(3)
tikkundanna lill-UASI u lill-partijiet l-oħra li jopponu dan l-appell għall-ispejjeż ta’ din tal-aħħar. Aggravji u argumenti prinċipali
(4)
irregolaritajiet fi proċediment quddiem il-Qorti Ġenerali li jippreġudikaw l-interessi tal-appellanti (it-talba għas-sospensjoni tal-proċediment skont l-Artikolu 77(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ġiet injorata totalment) (Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea);
(5)
ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali (is-sentenza tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 — illum ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 —, dwar it-trade mark Komunitarja, meta sostniet espressament:
(a)
li l-element verbali tat-trade mark Komunitarja li kienet is-suġġett tal-kawża huwa dominanti fl-impressjoni totali tat-trade mark
(b)
u li l-imsemmi element verbali ma huwiex dominanti fl-impressjoni totali mogħtija mit-trade mark; din hija kontradizzjoni li kellha influwenza deċiżiva fuq l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni) (Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea).
Full & Egal Universal Law Academy