16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/6
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2011 minn Tresplain Investments Ltd mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fid-9 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-303/08: Tresplain Investments Ltd vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hoo Hing Holdings Ltd
(Kawża C-76/11 P)
2011/C 120/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Tresplain Investments Ltd (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister, J. Stobbs, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hoo Hing Holdings Ltd
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali u d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell tal-UASI;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-appellanti sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandha żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja (1) fil-modi li ġejjin:
(1)
Il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell ikkonkludew b’mod żbaljat li l-eżistenza tal-goodwill tat lok għal dritt li għandu sinjifikat li ma huwiex biss lokali. Dan ma jkunx il-każ ħlief jekk il-goodwill ikollha sinjifikat li ma jkunx biss lokali;
(2)
Il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell ikkonkludew b’mod żbaljat li l-prova dwar negozju simultanju kienet prova rilevanti biss għall-possibbiltà ta’ preżentazzjoni qarrieqa. Kellu wkoll jiġi kkunsidrat l-argument li l-eżistenza ta’ goodwill simultanja kienet tirrendi impossibbli l-preżentazzjoni qarrieqa.
(3)
Il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell wettqu żball meta trattaw il-prova dwar l-użu bħala li tindika li l-goodwill kienet assoċjata mas-sinjal użat preċedentement.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
Full & Egal Universal Law Academy