21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Frar 2011 — Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA) et
(Kawża C-78/11)
2011/C 152/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo (Spanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenuti: Federación de Asociaciones Sindicales (FASGA), Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Trabajadores del Comercio, Hostelería, Turismo y Juego de UGT y Federación del Comercio, Hostelería y Turismo de CC.OO.
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġi interrott il-perijodu ta’ leave sabiex wieħed ikun jista’ igawdi l-leave kollu — jew il-leave li jifdal — f’data sussegwenti fil-każ li jkun hemm diżabbiltà temporanja matul il-perijodu tal-leave imsemmi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
Full & Egal Universal Law Academy