16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fit-22 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Maurizio Giovanardi et
(Kawża C-79/11)
2011/C 120/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Akkużati: Maurizio Giovanardi, Andrea Lastini, Vito Piglionica, Massimiliano Pempori, Filippo Ricci, Gezim Lakja, Elettrifer Srl, Rete Ferroviaria Italiana SpA
Partijiet oħra: Franca Giunti, Laura Marrai, Francesca Marrai, Stefania Marrai, Giovanni Marrai, Alfio Bardelli, Andrea Tomberli
Domandi preliminari
Il-leġiżlazzjoni Taljana dwar ir-responsabbiltà amministrattiva tal-korpi/persuni ġuridiċi msemmija fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 231/2001 u l-emendi sussegwenti tiegħu, billi ma tipprovdix “espressament” għall-possibbiltà li dawn jinżammu responsabbli fi proċeduri kriminali għad-danni kkawżati lill-vittmi ta’ reati, hija konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni ta’ vittmi ta’ reati fi proċeduri kriminali, u b’mod partikolari mal-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru (Qafas) tal-Kunsill Nru 2001/220/JHA, tal-15 ta’ Marzu 2001, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (1), kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65.
Full & Egal Universal Law Academy