7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fit-28 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Survival Godwin
(Kawża C-94/11)
2011/C 139/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Parti fil-kawża prinċipali
Survival Godwin
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effett utli tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1), jipprekludu l-possibbiltà li l-kondotta ta’ ċittadin minn pajjiż terz, li s-soġġorn tiegħu huwa illegali għall-Istat Membru, minħabba s-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tiegħu fil-proċedura ta’ tkeċċija u b’mod partikolari minħabba s-sempliċi nuqqas ta’ osservanza ta’ digriet ta’ tneħħija maħruġ mill-awtorità amministrattiva, tiġi kkunsidrata bħala kriminalment rilevanti u ssanzjonata b’sentenza ta’ ħabs sa erba’ snin, fl-ipoteżi tan-nuqqqas ta’ osservanza tal-ewwel digriet tal-Questore u b’sentenza ta’ ħabs sa ħames snin għan-nuqqas ta’ osservanza tad-digrieti sussegwenti?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy