13.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo fit-28 ta’ Frar 2011 — Amia Spa, fi stralċ vs Provincia Regionale di Palermo
(Kawża C-97/11)
2011/C 238/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Palermo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amia Spa, fi stralċ
Konvenuta: Provincia Regionale di Palermo
Domanda preliminari
Fid-dawl tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-172/08 (1), huwa possibbli li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-paragrafi 26 u 31 tal-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 549, tat-28 ta’ Diċembru 1995, billi dawn imorru kontra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/31/KE (2), kif ukoll li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-paragrafi 26 u 31 tal-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 549, tat-28 ta’ Diċembru 1995, billi dawn imorru kontra l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 2000/35/KE (3)?
(1) Sentenza tal-25 ta’ Frar 2010, Pontina Ambiente (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226
Full & Egal Universal Law Academy