14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/12
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 minn Helena Rubinstein, L’Oréal mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-345/08: Helena Rubinstein SNC, L’Oréal SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allergan, Inc.
(Kawża C-100/11 P)
2011/C 145/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Helena Rubinstein SNC, L’Oréal SA (rappreżentant: A. von Mühlendahl, Rechtsanwalt)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Allergan, Inc.
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08;
—
tiċħad l-appelli ppreżentati minn Allergan, Inc. kontra d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju tat-28 ta’ Marzu 2007 fil-Każ 1118 C (Helena Rubinstein SNC, BOTOLIST) u tal-4 ta’ April 2007 fil-Każ 1120 C (L’Oréal SA, BOTOCYL);
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:
Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 52(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi ddeċidiet li l-Uffiċċju kien iġġustifikat li jiddeċiedi li t-trade marks preċedenti li bbażat ruħha fuqhom Allergan, Inc. kellhom reputazzjoni u li l-użu tar-reġistrazzjonijiet ikkontestati jieħdu vantaġġ inġust minn jew ikunu ta’ ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti.
Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 115 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 1 Regola 38(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (2) tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, kif emendat (iktar ’il quddiem imsejħin “Regola 38” u “Regolament li jimplementa r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja”), billi ħadet inkunsiderazzjoni provi li ma ġewx prodotti fil-lingwa tal-kawża.
Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi rrevediet u kkonfermat id-deċiżjonijiet ikkontestati skont standards legali żbaljati.
Li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 73 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi ddeċidiet li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma kinux ivvizzjati b’nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189.
Full & Egal Universal Law Academy