30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/13
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 minn Herbert Neuman, u Andoni Galdeano del Sel kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-513/09, José Manuel Baena Grupo, S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Herbert Neuman u Andoni Galdeano de Sel
(Kawża C-101/11 P)
2011/C 130/24
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (rappreżentanti: S. Míguez Pereira, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: José Manuel Baena Grupo, S.A. u L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
—
tiddikjara dan l-appell ammissibili u fondat
—
tannulla kompletament is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 mogħtija fil-kuntest tal-Kawża T-513/09
—
tiddikjara n-nullità tad-disinn Komunitarju Nru 000 426 895-0002
—
sussidjarjament tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti sentenza ġdida skont il-liġi
—
tikkundanna lill-José Manuel Baena Group S.A., bħala proprjetarja tad-disinn industrijali li fir-rigward tiegħu saret applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u, jekk tintervjeni fl-appell, għal dawk tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
(a)
Ksur tal-Artikolu 25(b) tar-Regolament tal-Kunsill 6/2002 (1) u tal-artikoli relatati.
Żball meta ġie ddikjarat mill-Qorti Ġenerali li d-disinn ikkontestat jipproduċi fl-utent impressjoni globali differenti minn dik prodotta mid-disinn preċedenti invokat insostenn tar-rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.
(b)
Ksur tal-Artikolu 25(e) tar-Regolament tal-Kunsill 6/2002 u tal-artikoli relatati.
Ommissjoni u żball mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-Artikolu 25(e) tar-Regolament tal-Kunsill 6/2002.
(c)
Żball tal-Qorti Ġenerali dwar in-nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata.
Nuqqas ta’ motivazzjoni, ġustifikazzjoni u eċċess mill-ġurisdizzjoni mill-Qorti Ġenerali meta ngħatat is-sentenza appellata.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 13, Vol. 27, p. 142
Full & Egal Universal Law Academy