7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana (l-Italja) fit-3 ta’ Marzu 2011 — Ministero dell’Interno, Questura di Caltanissetta vs Massimiliano Rizzo
(Kawża C-107/11)
2011/C 139/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Interno, Questura di Caltanissetta
Konvenut: Massimiliano Rizzo.
Domandi preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali, introdotta permezz tad-digriet Bersani, jiġifieri d-Digriet Liġi Nru 223, tal-4 ta’ Lulju 2006, li sar il-Liġi Nru 248, tal-4 ta’ Awwissu 2006, b’riferiment għal leġiżlazzjoni interna li tipprovdi, fost oħrajn:
(a)
l-eżistenza ta’ rimedju ġenerali għall-protezzjoni tas-sidien ta’ konċessjonijiet maħruġa preċedentement u wara proċedura ta’ sejħa għal offerti li kienet illegalment eskludiet parti mill-operaturi;
(b)
il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu, effettivament, iż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali miksuba (bħal pereżempju l-projbizzjoni għall-konċessjonarji l-ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabbiliti, jekk ma tiġix osservata distanza minima speċifika);
(ċ)
il-previżjoni ta’ ipoteżijiet ta’ dekadenza tal-konċessjoni fil-każ li l-konċessjonarju jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkunu l-istess bħal-logħob li huwa s-suġġett tal-konċessjoni;
hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE?
Full & Egal Universal Law Academy