11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (Il-Ġermanja) fl-4 ta’ Marzu 2011 — Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
(Kawża C-112/11)
2011/C 173/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutschland GmbH
Konvenuti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.
Domanda preliminari
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (1) li jipprovdi li, prezzijiet supplementari fakultattivi għandhom jiġu nnotifikati b’mod ċar, trasparenti u inekwivoku fil-bidu ta’ kull proċedura ta’ riżerva u li għandhom jiġu aċċettati mill-klijenti fuq bażi ta’ “opt-in”, jinkludi wkoll il-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ, ta’ servizzi ta’ terzi (f’dan il-każ: il-fornitur ta’ assigurazzjoni għal kanċellament ta’ vvjaġġar), li l-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru jiffattura lill-passiġġier flimkien mal-prezz tat-titjira, bħala prezz globali?
(1) Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy