14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Yeboah Kwadwo
(Kawża C-120/11)
2011/C 145/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Parti fil-kawża prinċipali
Yeboah Kwadwo
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ effettività tad-direttivi, ta’ proporzjonalità u ta’ effikaċja tal-miżuri koerċitivi intiżi għall-eżekuzzjoni tar-ritorn tal-barrani li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu l-inkriminazzjoni u s-sanzjonar — b’piena massima ta’ erba’ snin f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-ewwel ordni ta’ tneħħija u ta’ ħames snin f’każ ta’ ksur ta’ ordnijiet sussegwenti tal-Kwestur — tal-barrani li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment li sempliċiment ma osservax id-digriet ta’ espulsjoni u l-ordni ta’ tneħħija tal-awtorità amministrattiva?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy