21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fit-8 ta’ Marzu 2011 — Association sans but lucratif PRO-BRAINE (A.S.B.L.), Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere vs Commune de Braine-le-Château
(Kawża C-121/11)
2011/C 152/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association sans but lucratif PRO-BRAINE (A.S.B.L.), Michel Bernard, Charlotte de Lantsheere.
Konvenuta: Commune de Braine-le-Château.
Domanda preliminari
Id-deċiżjoni finali dwar it-tkomplija ta’ tħaddim ta’ landfill li għalih inħareġ permess jew li diġà jitħaddem fuq il-bażi tal-Artikolu 14,(b), tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (1), tikkostitwixxi awtorizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 4, p. 228
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 1, p. 248
Full & Egal Universal Law Academy