21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-10 ta’ Marzu 2011 — INNO NV vs Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA
(Kawża C-126/11)
2011/C 152/26
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: INNO NV
Konvenuti: Unie van Zelfstandige Ondernemers VZW (UNIZO), Organisatie voor de Zelfstandige Modedetailhandel VZW (Mode Unie), Couture Albert BVBA
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’mod partikolari l-Artikoli tagħha 1, 2(d), 3(1) u 5 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħall-ewwel u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 53(1) tal-liġi [Belġjana] tal-14 ta’ Lulju 1991 dwar il-prattiki kummerċjali u dwar l-informazzjoni lill-konsumatur u l-protezzjoni tal-konsumatur, timpedixxi lill-kummerċjanti, fis-setturi koperti mill-Artikolu 52(1) ta’ din il-liġi milli jniedu, matul il-perijodu ta’ stennija mill-15 ta’ Novembru sat-2 ta’ Lulju inkluż u mill-15 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju inkluż, avviżi ta’ tnaqqis tal-prezzijiet u avviżi li jissuġġerixxu tnaqqis tal-prezzijiet, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 42 ta’ din il-liġi, kif ukoll milli jniedu, qabel ma jibda perijodu ta’ stennija, avviżi ta’ tnaqqis tal-prezzijiet jew avviżi li jissuġġerixxu tnaqqis tal-prezzijiet applikabbli matul dak il-perijodu ta’ stennija, anki jekk, minkejja l-għan doppju invokat mil-leġiżlatur nazzjonali, jiġifieri, minn naħa, li jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi u, min-naħa l-oħra li jiġu rregolati r-relazzjonijiet kompetittivi bejn il-kummerċjanti, il-miżura prevista jkollha fir-realtà bħala l-għan tagħha li tirregola dawk ir-relazzjonijiet u, fid-dawl tal-garanziji l-oħra pprovduti mil-liġi, ma tikkontribwixxix effettivament għall-protezzjoni tal-konsumaturi?
(1) ĠU L 149, p.22
Full & Egal Universal Law Academy