18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2011 — Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-131/11)
2011/C 179/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft
Konvenut: Hauptzollamt Aachen
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 (1), tat-8 ta’ Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-kwantità żejda li tinstab a posteriori mill-awtorità kompetenti fil-kuntest ta’ spezzjoni fil-bini tal-produttur?
(1) ĠU L 158, p. 17.
Full & Egal Universal Law Academy