9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Folien Fischer AG u Fofitec AG vs RITRAMA SpA
(Kawża C-133/11)
2011/C 204/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Folien Fischer AG u Fofitec AG
Konvenuta: RITRAMA SpA
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat li jfisser li l-ġurisdizzjoni fl-oqsma marbuta mad-delitti u kważi delitti tapplika wkoll fir-rigward ta’ talba għal konstatazzjoni negattiva fejn l-awtur potenzjali ta’ fatt dannuż isostni li fiċ-ċirkustanzi partikolari l-vittma potenzjali ma għandu ebda dritt fil-qasam delittwali (f’dan il-każ, ksur ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42
Full & Egal Universal Law Academy