18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/8
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2011 minn IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011, fil-Kawża T-362/08 — IFAW vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-135/11 P)
2011/C 179/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: IFAR Internationaler Tierschutz-Fonds GmbH (rappreżentanti: S. Crosby, avukat, S. Santoro, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea; Ir-Renju tad-Danimarka; Ir-Repubblika tal-Finlandja; Ir-Renju tal-Isvezja
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi zbalji ta’ liġi u konsegwentement tannullaha;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-aċċess għall-ittra ta’ Schröder u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellenti fiż-żewġ istanzi skont l-Artikolu 69 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fis-sentenza appellata billi:
—
ma rrikonoxxietx li l-Kummissjoni għandha twettaq stħarriġ komplet sabiex tivverifika jekk l-motivi invokati mill-Istat Membru sabiex ma jiżvelax dokument jaqgħux taħt waħda mill-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001 (1), billi tqabbel dawn l-eċċezzjonijiet mal-kontenut tad-dokument; u
—
iddeċidet li setgħet legalment twettaq stħarriġ komplet taċ-ċaħda għal aċċess mingħajr qatt ma rat id-dokument inkwistjoni.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy