11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission Wien (l-Awstrija) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Westbahn Management GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG
(Kawża C-136/11)
2011/C 173/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schienen-Control Kommission Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Westbahn Management GmbH
Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 8(2) u tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni dwar il-konnessjonijiet prinċipali għandha tindika wkoll, minbarra l-ħinijiet tat-tluq normali, l-ittardjar jew il-kanċellazzjonijiet ta’ dawn il-konnessjonijiet?
(2)
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 8(2) u tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament Nru 1371/2007, id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 5 u tal-Anness II tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministratur tal-infrastruttura tal-ferroviji huwa marbut li jipprovdi b’mod nondiskriminatorju lill-impriżi tal-ferroviji l-informazzjoni dak il-ħin stess dwar il-ferroviji ta’ impriżi ta’ ferroviji oħra, meta dawn il-ferroviji jikkostitwixxu l-konnessjonijiet prinċipali fis-sens tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament Nru 1371/2007?
(1) ĠU L 315, p. 14.
(2) Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).
Full & Egal Universal Law Academy