18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Partena ASBL vs Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA
(Kawża C-137/11)
2011/C 179/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Partena ASBL
Konvenuta: Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA
Domandi preliminari
(1)
Għall-applikazzjoni tal-Artikoli 13 et seq tar-Regolament 1408/71 (1) u, b’mod iktar partikolari, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14c, Stat Membru jista’, fil-kuntest tal-kompetenza tiegħu li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-issuġġettar għas-sistema ta’ sigurtà soċjali li huwa jimplementa għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, jitratta il-“ġestjoni minn pajjiż barrani ta’ kumpannija soġġetta għat-taxxa ta’ dan l-Istat” bl-istess mod bħal eżerċizzju ta’ attività fit-territorju tiegħu?
(2)
Is-subparagrafu 4 tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Nru 38, tas-27 ta’ Lulju 1967, li jorganizza l-iskema tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari mal-libertà tal-moviment u ta’ residenza iggarantit mill-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni, sa fejn ma jħallix lill-persuna li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor u li tmexxi minn pajjiż barrani kumpannija suġġetta għat-taxxa Belġjana, sabiex jikkonfuta il-preżunzjoni tal-persuna taxxabbli li hija koperta mis-sigurtà soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, filwaqt li aġent li jirrisjedi fil-Belġju u li ma jmexxix kumpannija bħal din minn pajjiż barrani, għandu l-għażla li jikkonfuta il-preżunzjoni u li jressaq il-prova li ma jwettaqx attività indipendenti fis-sens tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Digriet Irjali Nru 38?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy