18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audencia Provincial de Barcelona (Spanja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Joan Cuandrench Moré vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (KLM)
(Kawża C-139/11)
2011/C 179/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audencia Provincial de Barcelona (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Joan Cuandrench Moré
Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (KLM)
Domanda preliminari
(1)
Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tat-terminu għall-preżentata rikors, japplika l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, li jipprovdi terminu ta’ sentejn, jew għandu jiġi kkunsidrat li tapplika regola Komunitarja oħra jew id-dritt nazzjonali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10
Full & Egal Universal Law Academy