21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2011 — Karl Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB
(Kawża C-141/11)
2011/C 152/29
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Södertörns Tingsrätt (l-Isvezja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Karl Torsten Hörnfeldt
Konvenuta: Posten Meddelande AB
Domandi preliminari
Is-Södertörns tingsrätt titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirrispondi d-domandi preliminari li ġejjin fuq l-interpretazzjoni tal-prinċipju ġenerali dwar il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba l-età u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1).
(1)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħar-regola magħrufa bħala r-regola tas-67 sena, twassal għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età tista’ tiġi ġġustifikata meta l-objettivi jew l-għanijiet tagħha ma jirriżultaw la mil-kuntest tal-adozzjoni tagħha u lanqas minn xi fattur ieħor?
(2)
Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-età tal-irtirar li, bħar-regola magħrufa bħala r-regola tas-67 sena, tapplika għal kulħadd u li, b’mod partikolari, b’ebda mod ma tieħu inkunsiderazzjoni l-livell tal-pensjoni ta’ rtirar li ser tirċievi l-persuna kkonċernata, tmur lil hinn minn dak li huwa utli u xieraq sabiex jintlaħqu l-objettiv u l-għan imfittxa?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy