10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2011 — Jörg-Detlef Müller vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-143/11)
2011/C 269/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jörg-Detlef Müller.
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Domandi preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), hija applikabbli għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-għajnuna mogħtija lill-uffiċjali fil-każ ta’ mard (“Beihilfe”)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy