21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Marzu 2011 — Secretary of State for Work and Pensions vs Lucja Czop
(Kawża C-147/11)
2011/C 152/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions
Konvenuta: Lucja Czop
Domandi preliminari
F’ċirkustanzi fejn rikorrenti:
(a)
hija ċittadina tal-Polonja;
(b)
ġiet fir-Renju Unit qabel pajjiżha ssieħeb fl-UE;
(ċ)
stabbilixxiet ruħha bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE (ex Artikolu 43 KE);
(d)
baqgħet hemm, u kompliet taħdem għal rasha, wara l-adeżjoni;
(e)
ma għadhiex taħdem għal rasha; u
(f)
għandha l-kura primarja ta’ minuri li ġie fir-Renju Unit u segwa l-edukazzjoni ġenerali wara l-adeżjoni u wara li ma baqgħetx stabbilita bħala persuna li taħdem għal rasha,
ir-rikorrenti għandha dritt tirrisjedi fir-Renju Unit abbażi tal-fatt li (individwalment jew kumulattivament):
(a)
japplika r-Regolamaent 1612/68 (1), flimkien mar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Baumbast u R vs Secretary of State for the Home Department (Kawża C-413/99) [2002] Ġabra p. I-7091, London Borough of Harrow vs Ibrahim (Kawża C-310/08) u Teixeira vs London Borough of Lambeth (Kawża C-480/08);
(b)
jeżisti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-UE li jekwivali l-pożizzjoni ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom;
(ċ)
ikun jimpedixxi jew jipprevjeni l-libertà tal-istabbiliment jekk l-applikanti ma kellhiex id-dritt li tirrisjedi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15
Full & Egal Universal Law Academy