21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Marzu 2011 — Secretary of State for Work and Pensions vs Margita Punakova
(Kawża C-148/11)
2011/C 152/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions
Konvenuta: Margita Punakova
Domandi preliminari
F’ċirkustanzi meta l-attriċi:
(a)
hija ċittadina Ċeka;
(b)
daħlet fir-Renju Unit qabel l-adeżjoni tal-pajjiż tagħha mal-Unjoni Ewropea;
(c)
baqgħet hemm wara l-adeżjoni;
(d)
sussegwentement stabbilixxiet ruħha bħala persuna li taħdem għal rasha skont l-Artikolu 49 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 43 KE);
(e)
ma għadhiex taħdem għal rasha; u
(f)
hija l-persuna li għandha l-kustodja effettiva ta’ wild li daħal fis-sistema ta’ tagħlim ġenerali fiż-żmien meta hija kienet stabbilita bħala persuna li taħdem għal rasha,
għandha dritt li tirrisjedi fir-Renju Unit:
(a)
abbażi tal-fatt li r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 (1) japplika, flimkien mar-raġunament li l-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat fis-sentenzi tas-17 ta’ Settembru 2002, Baumbast u R (C-413/99, Ġabra p. I-7091); tat-23 ta’ Frar 2010, Ibrahim (C-310/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u tat-23 ta’ Frar 2010, Teixeira (C-480/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra);
(b)
abbażi tal-fatt li jeżisti prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jqiegħed fuq l-istess livell il-pożizzjoni tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom;
(c)
abbażi tal-fatt li kieku ma kellhiex id-dritt li tirrisjedi, dan jimpediha jew jiskoraġġiha milli teżerċita d-dritt għal-libertà ta’ stabbiliment jew
(d)
fuq xi bażi oħra?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy