18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te ’s-Gravenhage (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Marzu 2011 — Leno Merken BV vs Hagelkruis Beheer BV
(Kawża C-149/11)
2011/C 179/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te ’s-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Leno Merken BV
Konvenuta: Hagelkruis Beheer BV
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed sabiex ikun hemm użu ġenwin ta’ trade mark Komunitarja li din tkun intużat fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, sakemm, li kieku kienet trade mark nazzjonali, dan l-użu kien jiġi kkunsidrat f’dan l-Istat Membru bħala użu ġenwin (ara d-dikjarazzjoni konġunta Nru 10 dwar l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 u linji gwida tal-UASI dwar l-oppożizzjoni)?
(2)
Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-użu ta’ trade mark Komunitarja fi Stat Membru wieħed qatt ma jista’ jiġi kkunsidrat bħala użu ġenwin fil-Komunità fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009?
(3)
Jekk l-użu ta’ trade mark Komunitarja fi Stat Membru wieħed qatt ma jista’ jiġi kkunsidrat bħala użu ġenwin fil-Komunità, liema kriterji għandhom jiġu applikati f’dak li jirrigwarda l-portata territorjali tal-użu ta’ trade mark Komunitarja flimkien mal-fatturi l-oħra li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit użu ġenwin fil-Komunità?
(4)
Alternattivament, kuntrarjament għal dak li ntqal hawn fuq, l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-evalwazzjoni tal-użu ġenwin fil-Komunità għandha ssir billi b’ebda mod ma jitqiesu l-fruntieri tat-territorju tal-Istati Membri differenti (u li, pereżempju, issir b’riferiment għall-ishma tas-suq (suq tal-prodott jew suq ġeografiku))?
(1) ĠU L 78, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy