9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Marzu 2011 — Condor Flugdienst GmbH vs Jürgen Dörschel
(Kawża C-151/11)
2011/C 204/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Condor Flugdienst GmbH
Konvenut: Jürgen Dörschel
Domandi preliminari
(1)
Passiġġier għandu dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) fil-każ fejn titjira tiġi interrotta wara tluq li jkun sar skont l-iskeda ta’ titjiriet u l-ajruplan, qabel ma jkun wasal fl-ajruport ta’ destinazzjoni, jirritorna fl-ajruport ta’ tluq u sussegwentement jwettaq tluq ieħor b’dewmien li huwa rilevanti għall-ħlas ta’ kumpens?
(2)
Ikun hemm interruzzjoni meta, wara li jkunu ngħalqu l-bibien tal-ajruplan, il-vjaġġ ma jissoktax? B’effett minn liema mument ikun hemm interruzzjoni u mhux dewmien tat-tluq?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy