9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Marzu 2011 — Johann Odar vs Baxter Deutschland GmbH
(Kawża C-152/11)
2011/C 204/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Johann Odar
Konvenuta: Baxter Deutschland GmbH
Domandi preliminari
(1)
Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li trattament differenti bbażat fuq l-età jista’ jkun legali meta, fil-kuntest tas-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża, l-imsieħba soċjali eskludew mill-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, ħaddiema li għandhom sigurtà finanzjarja għar-raġuni li huma għandhom dritt għal pensjoni tax-xjuħija, jekk ikun il-każ, wara li jkunu rċevew benefiċċji tal-qgħad, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jew tali diskriminazzjoni hija ġġustifikata skont it-tieni sentenza tal-paragrafu (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE?
(2)
Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi trattament differenti bbażat fuq l-età jista’ jkun legali meta, fil-kuntest tas-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża, l-imsieħba soċjali eskludew mill-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, ħaddiema li għandhom sigurtà finanzjarja għar-raġuni li huma għandhom dritt għal pensjoni tax-xjuħija, jekk ikun il-każ, wara li jkunu rċevew benefiċċji tal-qgħad, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-disabbiltà, stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE?
(3)
Dispożizzjoni nazzjonali li taqa’ taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża li għall-ħaddiema tal-imsemmija impriża, li għandhom iktar minn 54 sena u mkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi, tipprovdi kalkolu tal-ammont tal-kumpens tagħhom, skont l-eqreb data possibbli għall-irtirar, kuntrarjament għall-metodu ta’ kalkolu tas-soltu li jieħu b’mod partikolari inkunsiderazzjoni t-tul fis-servizz tal-impriża, jekk il-kumpens imħallas huwa inqas, tallinqas bin-nofs tal-kumpens normali, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, kif stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE jew tali diskriminazzjoni hija ġġustifikata skont it-tieni sentenza tal-paragrafu (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE?
(4)
Dispożizzjoni nazzjonali li taqa’ taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali partikolari ta’ impriża li għall-ħaddiema tal-imsemmija impriża, li għandhom iktar minn 54 sena u mkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi, tipprovdi kalkolu tal-ammont tal-kumpens tagħhom, skont l-eqreb data possibbli għall-irtirar, kuntrarjament għall-metodu ta’ kalkolu tas-soltu li jieħu b’mod partikolari inkunsiderazzjoni t-tul fis-servizz tal-impriża, jekk il-kumpens imħallas huwa inqas, tallinqas bin-nofs tal-kumpens normali, u li tieħu inkunsiderazzjoni għal dan il-metodu l-ieħor tal-kalkolu, pensjoni ta’ rtirar imħallsa minħabba disabbiltà, hija kuntrarja għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-disabbiltà, stipulata fl-Artikoli 1 u 16 tad-Direttiva 2000/78/KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79
Full & Egal Universal Law Academy