11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fl-1 ta’ April 2011 — Cosimo Damiano Vino vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-161/11)
2011/C 173/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Cosimo Damiano Vino
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Domandi preliminari
(a)
Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u trattament ugwali stabbilit fid-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħalma hija dik li tinsab fl-Artikolu 2(1a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001) li introduċiet fl-ordinament ġuridiku nazzjonali sitwazzjoni “mingħajr kawżali” li tippreġudika lill-impjegati ta’ Poste Italiane SpA, kif ukoll, fir-rigward ta’ din il-kumpannija, impriżi oħra fl-istess settur jew f’settur ieħor?
(b)
Jekk għad-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv, il-qorti nazzjonali hija marbuta li tinjora (jew li ma tapplikax) ir-regoli nazzjonali li jmorru kontra d-dritt Komunitarju?
Full & Egal Universal Law Academy